Language of document : ECLI:EU:T:2014:942





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Novembru 2014 —
Murnauer Markenvertrieb vs UASI — Healing Herbs (NOTFALL)


(Kawża T‑188/13)

“Trade Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja NOTFALL — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 52(1)(a) u l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 19, 20, 25)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade mark verbali NOTFALL (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ))) (ara l-punti 23, 24, 26-30)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Eżami separat tad-diversi motivi ta’ rifjut — Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ appplikazzjoni tal-motivi elenkati f’(b) u (c) tal-ewwel paragragu tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c))(ara l-punt 35)

4.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punt 42)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2013 (Każ R 132/2012 4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Murnauer Gerbs Ltd u Markenvertrieb GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Murnauer Markenvertrieb GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u l-ispejjeż ta’ Healing Herbs Ltd.