Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – dennree vs EUIPO (BioMarkt)

(Kawża T-641/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: dennree GmbH (Töpen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Röttgen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni “BioMarkt” bil-kuluri aħdar u kannella – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 309 662

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 783/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla ċ-ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark u tirreġistra t-trade mark konformement mal-applikazzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________