Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – Target Brands vs EUIPO – The a.r.t. company b&s (ART CLASS)

(Kawża T-637/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Target Brands, Inc. (Minneapolis, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Kunze, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The a.r.t. company b&s, SA (Quel, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ART CLASS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 888 695

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 1597/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll quddiem id-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________