Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2021 – Eurol vs EUIPO – Pernsteiner (eurol LUBRICANTS)

(Kawża T-636/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eurol BV (Nijverdal, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Driessen u G. van Roeyen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: August Wolfgang Pernsteiner (Feldkirchen an der Donau, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva eurol LUBRICANTS li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 219 171 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 2403/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lil August Wolfgang Pernsteiner u lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikoli 8(2)(ii), 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-Artikolu 16(6) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 u tal-Artikolu 18(2) flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 10(2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 64(2) u (3) flimkien mal-Artikolu 47(2) u (3) u mal-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________