Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottuburu 2021 – Esteves Lopes Granja vs EUIPO – IVDP (PORTWO GIN)

(Kawża T-417/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PORTWO GIN – Denominazzjoni ta’ oriġini preċedenti ‘Porto’ – Kunċetti ta’ użu u ta’ sfruttament ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta – Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Joaquim José Esteves Lopes Granja (Vila Nova de Gaia, il-Portugall) (rappreżentant: O. Santos Costa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP (IVDP) (Peso da Régua, il-Portugall) (rappreżentant: P. Sousa e Silva, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2020 (Każ R 993/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP u Joaquim Jósé Esteves Lopes Granja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Joaquim José Esteves Lopes Granja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 279, 24.8.2020.