Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Sipcam Oxon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-518/19) 1

(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva klorotalonil – Nuqqas ta’ tiġdid tal-inklużjoni fl-anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 – Proċedura ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Proposta ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza attiva – Ċertezza legali – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ prekawzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sipcam Oxon SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu u P. Sellar, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, A. Dawes u I. Naglis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/677 tad-29 ta’ April 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorotalonil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2019, L 114, p. 15).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sipcam Oxon SpA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għall-miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 305, 9.9.2019.