Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVEDERM)

(Kawża T-372/20) 1

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVEDERM – Użu ġenwin tat-trade mark – Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark – Użu bil-kunsens tal-proprjetarju – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dermavita Company S.a.r.l. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert, J. Crespo Carrillo u V. J. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2020 (Każ R 877/2019-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Dermavita Company u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dermavita Company S.a.r.l. hija kkundannata għall-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

____________

1     ĠU C 262, 10.8.2020