Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat‑3 ta’ Novembru 2021 – PBL u WA vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑538/21 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn Franza lil klabb tal-futbol professjonali – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji
(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))
(ara l-punti 9 sa 12)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Neċessità li jiġi invokat ir-riskju li dan id-dannu jiġi mġarrab personalment
Artikoli 278 u 279 TFUE
(ara l-punti 15, 23, 24)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali fid-dettall
(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))
(ara l-punti 26, 27)
4. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is-seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Natura insuffiċjenti sabiex tiġġustifika l-urġenza
Artikoli 278 u 279 TFUE
(ara l-punti 33 sa 36)
Suġġett
| Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal‑1 ta’ Settembru 2021 bir-referenza COMP.C.4/AH/mdr 2021(092342) u li twieġeb għal ilment fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (SA.64489 – Għajnuna mill-Istat lill-klabb tal-futbol Paris Saint-Germain) u, min-naħa l-oħra, għal ordnijiet indirizzati lill-Kummissjoni. |
Dispożittiv
1) | | It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) | | L-ispejjeż huma rriżervati. |