Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2011 - Rintisch vs UASI - Bariatrix Europe (PROTI SNACK)

(Kawża T-62/09) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PROTI SNACK - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti PROTIPLUS, PROTI u PROTIPOWER - Produzzjoni tardiva ta' dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Kunċett ta' 'dispożizzjoni kuntrarja' - Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95)"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bariatrix Europe Inc. SAS (Guilherand-Granges, Franza)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Diċembru 2008 (Każ R 740/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Bernhard Rintisch u Bariatrix Europe Inc. SAS.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bernhard Rintisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 102, 01.05.2009.