Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2011 - Meica vs UASI - Bösinger Fleischwaren (Schinken King)

(Kawża T-61/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja verbali Schinken King - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti King - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Curry King - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Russlies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Führer u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bösinger Fleischwaren GmbH (Bösingen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Diċembru 2008 (Każ R 1049/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG u Bösinger Fleischwaren GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta' Diċembru 2008 (Każ R 1049/2007-1) hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG.

____________

1 - ĠU C 102, 01.05.2009.