Language of document : ECLI:EU:T:2011:733





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2011 – Meica vs UASI – Bösinger Fleischwaren (Schinken King)

(Kawża T-61/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Talba għat-trade mark Komunitarja verbali Schinken King – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti King – Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Curry King – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 40, 41, 51-53, 57-62)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal‑11 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1049/2007‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG u Bösinger Fleischwaren GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1049/2007‑1) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG.