Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Frar 2009 - Herhof vs UASI - Stabilator (stabilator)

(Kawża T-60/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH (Solms, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Zinnecker u T. Bösling, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stabilator sp. z o.o. (Gdynia, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta' Diċembru 2008 fil-Każijiet Magħquda R 483/2008-4 u R 705/2008-4.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Stabilator sp. z o.o.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "stabilator" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 37 u 42 (Applikazzjoni Nru 4 068 961)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "STABILAT" għal prodotti fil-klassijiet 1, 7, 11, 20, 37, 40 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata parzjalment u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1 peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni, jew minn tal-inqas ta' assoċjazzjoni, bejn it-trade marks kontenzjużi.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).