Language of document : ECLI:EU:T:2012:266





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 taʼ Mejju 2012 — Assaad vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑550/11)

“Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Assenza ta’ interess ġuridiku”

Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess ċert u reali — Rikors ippreżentat kontra regolamenti li jikkonċernaw miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja — Rikorrent li la huwa d-destinatarju tal-atti kkontestati u li lanqas ma huwa individwalment u/jew direttament ikkonċernat minnhom — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 14-18)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 121, p. 11), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 121, p. 1), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011, tat-23 ta’ Awwissu 2011, li jimplimenta r-Regolament Nru 442/2011 (ĠU L 218, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Nizar Assaad għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill.