Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 taʼ Frar 2013 - Laboratoires Polive vs UASI - Arbora & Ausonia (dodie)

(Kawża T-122/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires Polive (Levallois Perret, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arbora & Ausonia, SL (Barcelona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell fit-28 ta' Novembru 2012;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva (bil-kulur) "dodie", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 16, 18, 21, 25 u 28 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 037 821

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks Spanjoli u Portugiżi għat-trade mark vebali "DODOT" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 10, 12, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata, oppożizzjoni milqugħa u trade mark li saret applikazzjoni għaliha għal ċerti prodotti fil-klassijiet 3, 5, 8, 10, 11, 16, 18, 21, 25 u 28 miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________