Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Jannar 2011 - Häfele vs UASI - Topcom Europe (Topcom)

(Kawża T-336/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Topcom - Trade marks Komunitarji u tal-Benelux verbali preċedenti TOPCOM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Dönch u M. Eck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Topcom Europe (Heverlee, il-Belġju) (rappreżentant: P. Maeyaert, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Ġunju 2009 (Każ R 1500/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Topcom Europe NV u Häfele GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Häfele GbmH & Go. KG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Topcom Europe NV għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1 - ĠU C 256, 24.10.2009.