Language of document : ECLI:EU:T:2011:319





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 – Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni u Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Marokk

(Kawża T-264/09)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Sejħa għal teħid ta’ azzjoni – Inammissibbiltà – Rikors għad-danni – Rabta kawżali – Dannu – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Istituzzjoni Komunitarja - Delegazzjoni tal-Kummissjoni - Esklużjoni - Rikors li jirrigwarda n-nuqqas li tittieħed azzjoni mid-delegazzjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 20 UE) (ara l-punti 70, 71)

2.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Intimazzjoni tal-Istituzzjoni - Kundizzjonijiet - Talba espliċita u preċiża (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 232 KE) (ara l-punti 84, 85)

3.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Termini - Natura ta’ ordni pubbliku - Preżentata tardiva tar-rikors - Dekadenza (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 232 KE) (ara l-punti 92-94)

4.                     Rikors għad-danni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Unjoni - Limiti - Ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq drittijiet derivanti minn kuntratti bil-għan li tinkiseb l-eżekuzzjoni tagħhom - Esklużjoni (Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 116)

5.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet - Rikors għad-danni miċħud kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 117, 118)

6.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Rabta kawżali - Kunċett - Oneru tal-prova (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 120-122)

Suġġett

Rikors intiż, minn naħa waħda, sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba, b’mod partikolari, dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

2)

Tecnoprocess Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.