Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Lulju 2012 - Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-12/12) 

"Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Orphacol - Ittra li tinforma lir-rikorrenti dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni - Talba għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta' pożizzjoni tal-Kummissjoni - Inammissibbiltà - Talba għal annullament - Adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires CTRS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Barnden, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u L. Banciella, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: G. de Bergues, aġent); kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Ossowski, sussegwentement E. Jenkinson u H. Walker, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

Suġġett

Talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas tal-Kummissjoni milli tieħu azzjoni meta din illegalment naqset milli tieħu deċiżjoni finali dwar it-talba għal awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Orphacol u, sussidjarjament, talba għal annullament tad-deċiżjoni, li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2011, li ma tagħtix lir-rikorrenti l-imsemmija awtorizzazzjoni.

Dispożittiv

It-talba għal nuqqas li tittieħed azzjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament fformulata b'mod sussidjarju.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Laboratoires CTRS.

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 58, 25.02.2012.