Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Lulju 2010 - Sotgia vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-130/06) 1

"Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Membri tal-persunal temporanju maħtura uffiċjali - Kandidati mniżżla fuq lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Klassifikazzjoni fi grad bl-applikazzjoni tar-regolamenti l-ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stefano Sotgia (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Bontinck u J. Feld, avukati, sussegwentement minn T. Bontinck u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li daħlet fis-seħħ fis-16 ta' April 2006, li permezz tagħha r-rikorrent, aġent temporanju kklassifikat fil-grad A*11 u li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO/A/18/04, inħatar uffiċjal fil-grad A*6, skala 2, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006, p. 86.