Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2024 – Coinbase vs EUIPO – bitFlyer (coinbase)

(Kawża T-46/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Coinbase, Inc. (Oakland, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Maier u A. Nordemann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: bitFlyer Inc. (Tokjo, il-Ġappun)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “coinbase” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 308 248 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 1751/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________