Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 – Retegal vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-464/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, SA (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti: F. García Martínez u B. Pérez Conde, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tiddikjara li fil-każ tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia l-miżuri implementati ma kkostitwixxewx għajnuna mill-Istat illegali;

sussidjarjament, fil-każ li t-talba preċedenti ma tintlaqax, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġi ddikjarat li RETEGAL ma bbenefikatx direttament jew indirettament minn għajnuna mill-Istat illegali; utikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.Motivi u argumenti prinċipaliIl-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-463/13, Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni.