Language of document : ECLI:EU:T:2013:546





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑462/13 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha kif ukoll l-annullament tal-ħlasijiet fis-seħħ — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 15‑17)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat — Sitwazzjoni li tista’ tikkomprometti serjament it-twettiq minn entità territorjali infra-Statali rregolata mid-dritt pubbliku tal-missjonijiet tagħha ta’ servizz pubbliku — Assenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 23, 24)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru u mhux lill-benefiċjarju — Teħid inkunsiderazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni — Miżuri mhux vinkolanti — Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE, 279 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 29‑31, 39)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat — Eżistenza quddiem il-qorti nazzjonali ta’ rimedji kontra l-miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni — Setgħa tal-qorti tal-Unjoni li tieħu inkunsiderazzjoni tali rimedji fil-kuntest tal-evalwazzjoni fil-mertu tat-talba għal miżuri provviżorji — Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 34‑36)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 3204 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009) mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (ħlief f’Castilla-La Mancha).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.