Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Awwissu 2010 - CTG Luxembourg PSF vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-340/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Computer Task Group Luxembourg PSF SA (CTG Luxembourg PSF) (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Thewes, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tornda li l-kawża preżenti tingħaqad mal-kawża pendenti quddiem it-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali taħt in-numru T-170/10;

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, tad-29 ta' Ġunju 2010 li tagħti l-kuntratt "AO 008/2009: Għajnuna lill-utenti tas-sistemi IT u telefoniċi tal-1 u tat-2 livell, call center, amministrazzjoni hardware end user" lil offerent ieħor;

tikkonstata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea u tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkumpensa lir-rikorrenti tad-danni kollha subiti minħabba d-deċiżjoni kkontestata u l-ħatra ta' espert biex jevalwa d-dannu;

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-170/10, CTG Luxembourg PSF vs Il-Qorti tal-Ġustizzja 1, li tirrigwarda l-istess sejħa għal offerti.

____________

1 - ĠU 2010, C 161, p. 48.