Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2024 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-169/24)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano u S. Kamperou)

Konvenut: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika Ellenika, billi ma rrevedietx u, jekk meħtieġ, aġġornat sat-22 ta’ Diċembru 2019 il-mapep taż-żoni tal-għargħar u l-mapep tar-riskji tal-għargħar, u billi ma għamlitx disponibbli għall-Kummissjoni sat-22 ta’ Marzu 2020 il-mapep irriveduti u, jekk ikun il-każ, il-verżjonijiet aġġornati ta’ dawn il-mapep, naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2007/60/KE  tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta’ l-għargħar 1 .

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Ellenika la rrevediet u, fejn meħtieġ, lanqas aġġornat il-mapep taż-żoni tal-għargħar u l-mapep tar-riskju tal-għargħar, fit-termini previsti.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis ukoll li r-Repubblika Ellenika ma qegħditx għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, fit-termini previsti, il-verżjonijiet irriveduti u, jekk ikun il-każ, ma ġġornatx il-mapep taż-żoni tal-għargħar u l-mapep tar-riskji tal-għargħar.

Għal dawn il-motivi, ir-Repubblika Ellenika kisret l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2007/60/KE.

____________

1 ĠU 2007, L 288, p. 27.