Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – BIW Invest vs EUIPO – New Yorker Marketing & Media International (COMPTON)

(Kawża T-746/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali COMPTON – Raġunijiet ta’ invalidità assoluta – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: BIW Invest (Appenzell, l-Isvizzera) (rappreżentanti: E. Mielke, U. Stelzenmüller u J. Weiser, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: New Yorker Marketing & Media International GmbH (Braunschweig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Hartmann, S. Fröhlich u H. Lerchl, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Settembru 2022 (Każ R 1915/2021-2).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Settembru 2022 (Każ R 1915/2021-2) hija annullata.

L-EUIPO u New Yorker Marketing & Media International GmbH għandhom ibatu, kull wieħed u waħda minnhom, minbarra l-ispejjeż tagħhom, nofs dawk sostnuti minn BIW Invest AG, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1     ĠU C 24, 23.1.2023.