Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2008 - Evets vs L-UASI (QWIK TUNE)

(Kawża T-21/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evets Corporation (Irvine, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Ryan, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni R 604/2007-4 tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-5 ta' Novembru 2007;

tiddikjara, minflok, li l-applikazzjoni għal restitutio in integrum saret fit-termini preskritti fl-Artikolu 78(2);

tordna li l-każ jintbagħat lura lir-Raba' Bord ta' l-Appell sabiex tiġi ttrattata l-kwistjoni fil-mertu dwar jekk itteħditx l-attenzjoni kollha meħtieġa għat-tiġdid tat-trade mark ikkonċernata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja figurattiva "QWIK TUNE" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 15 - applikazzjoni Nru 117 994

Deċiżjoni tad-Diviżjoni Legali u ta' l-Amministrazzjoni tat-Trade Marks: Ċaħdet l-applikazzjoni għal restitutio in integrum u ddikjarat it-trade mark bħala li ġiet ikkanċellata

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħad l-appell u ddikjara l-applikazzjoni għal restitutio in integrum bħala li ma ġietx ippreżentata

Motivi invokati: Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-20/08, Evets vs L-UASI (DANELECTRO).

____________