Language of document :

Appell ippreżentat fil-25 ta’ April 2014 minn Robert Walton mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-27 ta’ Frar 2014 fil-Kawża F-32/13, Walton vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-261/14 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Robert Walton (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tas-27 ta’ Frar 2014, fil-Kawża F-32/13, Walton vs Il-Kummissjoni;

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jeżamina it-tielet motiv invokat fir-rikors promotur u jiddiċiedi fuq iż-żewġ motivi l-oħra skont is-sentenza appellata;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u tal-proċedura tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Ewropew ma mmotivax id-deċiżjoni tiegħu u naqas milli jiddiċiedi fuq motiv imqajjem fl-ewwel istanza.It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta klassifikazzjoni legali żbaljata lis-suġġetti u r-raġunijiet tad-deċiżjonijiet u sentenzi msemmija b’paragun mas-suġġett tar-rikors fl-ewwel istanza.It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq.Ir-raba’ aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-aspettattivi leġittimi li jiġġeneraw żball skużabbli għall-appellant.