Language of document : ECLI:EU:T:2016:415





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Lulju 2016 – Argus Security Projects vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑266/14)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Provvista ta’ servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (ara l-punt 34)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli lir-rikorrent fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Informazzjoni disponibbli lir-rikorrent li ma tagħmilx ċar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta u ma tiċċarax b’mod suffiċjenti l-karatteristiċi u l-vantaġġi tal-offerta magħżula – Motivazzjoni insuffiċjenti (Artikolu 254(2) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikoli 113(2) u 8; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/161, Artikolu 158(1) u 161(3)) (ara l-punti 37, 40-42, 45, 46, 48-50, 56)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Obbligu ta' komunikazzjoni, wara talba bil-miktub, tal-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula u l-isem tal-offerent magħżul – Obbligu, għall-awtorità kontraenti, li tipprovdi analiżi komparattiva ddettaljata tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent miċħud – Assenza (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 113(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/161, Artikolu 161(3)) (ara l-punti 47)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni Ewropea għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) li ma taċċettax l-offerta sottomessa mir-rikorrenti, għall-għoti, bi proċedura kompetittiva nnegozjata, tal-kuntratt dwar is-servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-EUBAM Libya għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (kuntratt EUBAM-13-020) u li tagħti l-kuntratt lil Garda World Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni Ewropea (EUBAM Libya) li ma taċċettax l-offerta sottomessa minn Argus Security Projects Ltd għall-għoti, bi proċedura kompetittiva nnegozjata, tal-kuntratt dwar is-servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-EUBAM Libya għal ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (kuntratt EUBAM-13-020) u li tagħti l-kuntratt lil Garda World Ltd hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.