Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2011 Il-Kummissjoni vs Pachtitis

(Kawża T-361/10 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta' kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' ammissjoni għall-eżami bil-miktub wara r-riżultat miksub fit-testijiet ta' ammissjoni - Tqassim tal-kompetenzi bejn l-EPSO u l-Bord tal-Għażla")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u I. Chatzigiannis, aġenti, sussegwentement J. Currall, assistiti minn E. Antypas u E. Bourtzalas, avukati)

Partijiet oħra fil-proċeduri: Dimitrios Pachtitis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: P. Giatagantzidis u K. Kyriazi, avukati); u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Ġunju 2010, Pachtitis vs Il-Kummissjoni (F-35/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

    L-appell huwa miċħud.

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta' Dimitrios Pachtitis fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010.