Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-75/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, É. Marchal, J.-N. Louis, S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li ma tagħtix il-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni tal-PMO, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li tirrifjuta l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal lir-rikorrent;
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.