Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Marzu 2015 – AX vs BĊE

(Kawża F-73/13) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Tkeċċija – Drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl dixxiplinarja – Aċċess għal informazzjoni u dokumenti relatati ma’ dipartimenti oħra – Terminu raġonevoli – Legalità tal-kompożizzjoni tal-Bord Dixxiplinari – Rwol konsultattiv tal-Bord Dixxiplinari – Sanzjoni iktar ħarxa minn dik irrakkomandata – Obbligu ta’ motivazzjoni – Tmexxija ta’ dipartiment – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità tas-sanzjoni – Ċirkustanzi attenwanti – Ċirkustanzi aggravanti – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AX (rappreżentant: L. Levi, avukat)Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: M. López Torres u E. Carlini, aġenti, u B. Wägenbaur, avukat)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent wara proċedura dixxiplinari għal nuqqas serju, u talba għall-kumpens għad-danni morali allegatament subiti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.AX għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.