Language of document : ECLI:EU:T:2012:402





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2012 – Euro‑Information vs UASI (EURO AUTOMATIC PAIEMENT)

(Kawża T-497/11)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC PAIEMENT – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 16-18, 33, 74)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali EURO AUTOMATIC PAIEMENT (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 25-76)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Lulju 2011 (Każ R 370/2011 2), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal verbali EURO AUTOMATIC PAIEMENT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Euro-Information – Européenne de traitement de l’information hija kkundannata għall-ispejjeż.