Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2021 – Bimbo Donuts Iberia vs EUIPO – Hijos de Antonio Juan (DONAS DULCESOL)

(Kawża T-697/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DONAS DULCESOL – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti DONAS – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Klassifikazzjoni ta’ oġġetti li għalihom intwera l-użu ġenwin – Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Bimbo Donuts Iberia, SA (Madrid, Spanja) ( rappreżentanti: M. Ceballos Rodríguez, I. Robledo McClymont u M. Hernández Gázquez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Hijos de Antonio Juan, SL (Villalonga, Spanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Settembru 2020 (Każ R 514/2020-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bimbo Donuts Iberia u Hijos de Antonio Juan.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bimbo Donuts Iberia, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 28, 25.1.2021.