Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Frar 2012 - MIP Metro vs UASI - Jacinto (My Little Bear)

(Kawża T-183/11) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Skadenza tat-trade mark nazzjonali preċedenti - Tmiem tas-suġġett tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Manuel Jacinto, Lda (rappreżentant: S. Paio de Oleiros, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Jannar 2011 (Każ R 494/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni kontra Manuel Jacinto, Lda u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 - ĠU C 145 tal-14.5.2011