Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2016 – Larymnis Larko vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-575/14) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Privatizzazzjoni – Miżuri ta’ sostenn favur debitriċi tar-rikorrenti – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Elliniki Metalleftiki kai Metallourgiki Larymnis Larko AE (Kallithea, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Koulouris, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar, aġent, assistiti minn V. Chatzopoulos, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/539/UE, tas-27 ta’ Marzu 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C) (ex 13/NN) implimentata mill-Ġreċja għal Larco General Mining & Metallurgical Company S.A. (ĠU L 254, p. 24).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Elliniki Metalleftiki kai Metallourgiki Larymnis Larko AE għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll dawk imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 395, 10.11.2014.