Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Mejju 2021 – VT vs Ministero dell’Interno, Ministero dell’Interno - Dipartimento della Pubblica Sicurezza - Direzione centrale per le risorse umane

(Kawża C-304/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VT

Konvenuti: Ministero dell’Interno, Ministero dell’Interno - Dipartimento della Pubblica Sicurezza - Direzione centrale per le risorse umane

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2000/78/KE 1 , l-Artikolu 3 TUE, l-Artikolu 10 TFUE, u l-Artikolu 21 tal- Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 334/00, kif emendat u kkompletat, kif ukoll fis-sorsi tad-dritt sekondarju adottati mill-Ministero dell’[I]nterno (il-Ministeru tal-Intern), li jipprevedu limitu ta’ età ta’ tletin sena għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għażla għall-pożizzjonijiet ta’ Kummissarju fil-karriera ta’ uffiċjali tal-Polizia di Stato (il-Pulizija tal-Istat) ?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).