Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2014 – NIIT Insurance Technologies vs UASI (SUBSCRIBE)

(Kawża T-404/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUBSCRIBE – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament – Artikolu 56 TFUE”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NIIT Insurance Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1308/2012-5), dwar talba għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUBSCRIBE bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.NIIT Insurance Technologies Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.