Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – Gossio vs Il-Kunsill

(Kawża T-406/13) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire – Iffriżar ta’ fondi – Użu ħażin ta’ poter – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Drittijiet fundamentali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marcel Gossio (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: S. Zokou, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005, tat-12 ta’ April 2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju (ĠU L 159M, p. 347), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2010, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 285, p. 28) u tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/144/PESK, tat-8 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656 (ĠU L 71, p. 50), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2013 li jinżammu l-miżuri restrittivi li kien suġġett għalihom ir-rikorrent.DispożittivId-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/271/PESK, tat-12 ta’ Mejju 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 479/2014, tat-12 ta’ Mejju 2014, li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Marcel Gossio.Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.