Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – APRAM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-403/13)1

[“Rikors għal annullament – Fond ta’ koeżjoni – Regolament (KE) Nru 1164/94 – Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: APRAM – Administração dos Portos da Região Autónoma da Madeira, SA (Funchal, il-Portugall) (rappreżentant: M. Gorjão Henriques, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1870, tas-27 ta’ Marzu 2013, dwar tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġett “Żvilupp tal-infrastruttura portwarja tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira – Port ta’ Caniçal”, Madeira (il-Portugall).DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.APRAM – Administração dos Portos da Região Autónoma da Madeira, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.