Language of document : ECLI:EU:T:2014:1119





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2014 —
Al Assad vs Il‑Kunsill


(Kawża T‑407/13)

“Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Iskrizzjoni ta’ individwu fil-lista ta’ persuni kkonċernati — Rabtiet personali ma’ membri tar-reġim — Drittijiet tad-difiża — Smigħ xieraq — Obbligu ta’ motivazzjoni — Oneru tal-prova — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà — Dritt għall-ħajja privata — Awtorità ta’ res judicata — Inammissibbiltà — Inammissibbiltà manifesta — Rikors infondat fid-dritt”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni li kawżi jingħaqdu — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 50(1)) (ara l-punt 46)

2.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Portata — Awtorità assoluta ta’ res judicata — Portata (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 49, 50)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni jew regolament li jissostitwixxu l-att ikkontestat fil-mori tal-kawża — Element ġdid — Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/255/PESK u 2013/760/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012 u Nru 1332/2013) (ara l-punt 59)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 61)

5.                     Proċedura ġudizzjarja — Eċċezzjoni ta’ lis alibi pendens — Identiċità tal-partijiet, tas-suġġett u tal-motivi taż-żewġ rikorsi — Talbiet identiċi ta’ rikors preċedenti ddikjarati inammissibbli — Tmiem tal-lis alibi pendens (ara l-punt 63)

6.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Att li jwassal għal miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità — Att ikkomunikat lill-avukat rappreżentant tad-destinatarju — Ammissibbiltà (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 36/2012, Artikolu 32) (ara l-punt 67)

7.                     Proċedura ġudizzjarja — Ammissibbiltà tar-rikorsi — Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors — Deċiżjoni li tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża — Adattament tat-talbiet u tal-motivi inizjali — Possibbiltà suġġetta għall-ammissibbiltà tat-talba inizjali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 72)

8.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi assoċjati mar-reġim Sirjan — Obbligu li lill-parti kkonċernata tiġi kkomunikata l-motivazzjoni fl-istess ħin bħall-adozzjoni tal-att li jikkawżalha preġudizzju jew immedjatament wara — Limiti — Sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew kondotta tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom — Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf tal-parti kkonċernata li tippermettilha li tifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tagħha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 363/2013) (ara l-punti 89-91)

9.                     Rikors għal annullament — Motivi — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità dwar il-mertu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 97)

10.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi assoċjati mar-reġim Sirjan — Obbligu ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet individwali u speċifiċi li jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet meħuda — Portata (Artikolu 6(1) TUE; it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2)(a), 47 u 48; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/255/PESK u 2013/760/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 363/2013) (ara l-punti 103-106)

11.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi assoċjati mar-reġim Sirjan — Drittijiet tad-difiża — Komunikazzjoni tal-provi kontra — Deċiżjoni sussegwenti li żammet l-isem ta’ persuna fil-lista ta’ persuni kkonċernati minn dawn il-miżuri — Ksur tad-dritt għal smigħ — Assenza (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/255/PESK u 2013/760/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 363/2013) (ara l-punti 108-111, 114)

12.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u restrizzjonijiet fil-qasam ta’ ammissjoni ta’ persuni, entitajiet jew organi assoċjati mar-reġim Sirjan — Applikazzjoni għal persuni fiżiċi minħabba l-raġuni biss tar-rabta familjari tagħhom mal-mexxejja tal-pajjiż — Ammissibbiltà (Artikoli 75 TFUE u 215 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012 u Nru 363/2013) (ara l-punti 126-135, 138, 139)

13.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u restrizzjonijiet fil-qasam ta’ ammissjoni ta’ persuni, entitajiet jew organi assoċjati mar-reġim Sirjan — Restrizzjonijiet għad-dritt għall-proprjetà — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 7 u 17; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012 u Nru 363/2013) (ara l-punti 147-155)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 111, p. 1, rettifika ĠU 2013, L 127, p. 27), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), it-tielet nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1332/2013, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 335, p. 3), ir-raba nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/760/PESK, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (ĠU L 335, p. 50), il-ħames nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 578/2014, tat-28 ta’ Mejju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 160, p. 11), u, is-sitt nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (ĠU L 160, p. 37), sa fejn l-isem tar-rikorrenti nżamm fil-listi ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli, sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli sa fejn huwa intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1332/2013, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/760/PESK, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255.

3)

Ir-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment manifestament infondat fid-dritt sa fejn huwa intiż għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 578/2014, tat-28 ta’ Mejju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

4)

Bouchra Al Assad hija kkundannata għall-ispejjeż.