Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Diċembru 2010 - Wind vs UASI- Sanyang Industry (Wind)

(Kawża T-451/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Wind - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Wind - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta' xebh tal-prodotti u tas-servizzi")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Harry Wind (Selfkant, Il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sroka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sanyang Industry Co., Ltd (Hsinchu, It-Tajwan)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Settembru 2009 (Każ R 1470/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Harry Wind u Sanyang Industry Co., Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

H. Wind huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 24, 30.01.2010.