Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fil-31 ta’ Diċembru 2020 – RTL Television GmbH vs Grupo Pestana S.G.P.S., S.A., SALVOR - Sociedade de Investimento Hoteleiro, S.A.

(Kawża C-716/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RTL Television GmbH

Konvenuti: Grupo Pestana S.G.P.S., S.A., SALVOR - Sociedade de Investimento Hoteleiro, S.A.

Domandi preliminari

Il-kunċett ta’ “trażmissjoni mill-ġdid bil-cable” previst fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE 1 tas-27 ta’ Settembru 1993 dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet ta’ l-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix biss it-trażmissjoni simultanja minn organu ta’ xandir ta’ trażmissjoni ta’ organu ta’ xandir ieħor, bħal ma hi d-distribuzzjoni lill-pubbliku, ipproċessata b’mod simultanju u integrali bil-cable, ta’ trażmissjoni primarja ta’ programmi tat-televiżjoni jew tar-radju intiżi għar-riċezzjoni mill-pubbliku (indipendentement minn jekk min huwa responsabbli għal din id-distribuzzjoni lill-pubbliku huwiex, jew le, organu ta’ xandir)?

Id-distribuzzjoni, b’mod simultanju, tal-programmi ta’ stazzjon televiżiv, imxandra permezz tas-satellita, għad-diversi apparati tat-televiżjoni installati fil-kmamar tal-lukandi permezz tal-cable koassjali, tikkostitwixxi trażmissjoni mill-ġdid ta’ dawn il-programmi li tagħmel parti mill-kunċett iddikjarat fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 93/83?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 134.