Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 – Euromed vs UASI – DC Druck-Chemie (EUROSIL)

(Kawża T-524/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Euromed, SA (Mollet del Vallès, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DC Druck-Chemie GmbH (Ammerbuch-Altingen, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ R 1829/2012-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EUROSIL” għal ċerti prodotti fil-klassi 1 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 540 049

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EUROSIL-85” għal prodotti fil-klassi 5 – reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 140 099 u t-trade mark verbali “EUROSIL-85” għal prodotti fil-klassi 5 – reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 2 785 209

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.