Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Frar 2012 - Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-82/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohammad Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sabiex ibati l-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba' motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill .

____________

1 - ĠU 2011, C 282, p. 30.