Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2014 – Beco vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-81/12) 1
[“Dumping – Importazzjonijiet ta’ qfieli tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw miċ-Ċina u mit-Tajwan – Talba għar-rimbors tad-dazji miġbura – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Ċertezza legali”]
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Beco Metallteile-Handels GmbH (Spaichingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Pfeiffer, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 9112 finali, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar talba għar-rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq importazzjonijiet ta’ qfieli tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan.
Dispożittiv
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 9112 finali, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar talba għar-rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq importazzjonijiet ta’ qfieli tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan, hija annullata.
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 ĠU C 118, 21.04.2012.