Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Novembru 2008 - Avanzata et vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Klassifika u remunerazzjoni - Ex ħaddiema impjegati skont il-liġi Lussemburgiża)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Eric Avanzata domiċiljat f'Hussigny (Franza), u 20 membru tal-persunal bil-kuntratt ieħor (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta' impjieg tar-rikorrenti, b'mod partikolari tal-grupp ta' servizz tagħhom, tal-grad tagħhom, tal-iskala tagħhom u tar-remunerazzjoni tagħhom hekk kif huma stabbiliti mid-dispożizzjonijiet tal-kuntratti tagħhom bħala membri tal-persunal.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
____________1 - ĠU C 154, 01.07.2006, p.26.