Language of document : ECLI:EU:T:2009:256





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 – Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI – Schwarzbräu (ALASKA)

(Kawża T‑225/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva ALASKA – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 51(1)(a)) (ara l‑punti 22, 37, 39)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 877/2004‑4), fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH u Schwarzbräu GmbH.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark figurattiva ALASKA għall-prodotti fil-klassi 32 – Trade mark Komunitarja Nru 505552

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Schwarzbräu GmbH

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:

Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkonċernata miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell tar-rikorrenti miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Schwarzbräu GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.