Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 – Oracle America vs UASI – Aava Mobile (AAVA CORE)

(Kawża T-618/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Oracle America, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Heydn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aava Mobile Oy (Oulu, il-Finlandja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 1369/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “AAVA CORE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 712 811

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 551 626 tat-trade mark verbali “JAVA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9,16, 35, 37, 38, 41, 42 u 45; trade mark magħruf sew fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħhaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.