Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ġunju 2011 - Leifheit vs UASI (EcoPerfect)

(Kawża T-328/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Hasselblatt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta' Marzu 2011 (Każ R 1658/2010-1) u tilqa' l-pubblikazzjoni kompleta tat-trade mark Komunitarja "EcoPerfect" (applikazzjoni Nru 8708745);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tagħha stess u anke għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : Trade mark verbali 'EcoPerfect' għal prodotti fil-klassi 21 - applikazzjoni Nru 8 708 745.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Rikors miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-talba għat-trade mark Komunitarja "EcoPerfect" ma hijiex deskrittiva fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 21, u hija nieqsa minn karattru distintiv.

____________