Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' April 2011 - Far Eastern New Century vs Il-Kunsill

(Kawża T-167/07) 1

("Dumping - Importazzjoni ta' tereftalat tal-polietilen li joriġina mit-Tajwan - Stabbiliment tal-marġni ta' dumping - Metodu ta' kalkolu asimetriku - Konfigurazzjoni tal-prezzijiet tal-esportazzjoni differenti skont ix-xerreja u l-perijodi - Marġni ta' dumping li d-daqs reali tiegħu ma jistax jiġi rifless mill-metodi ta' kalkolu simetriċi - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Far Eastern New Century Corp., li kienet Far Eastern Textile Ltd (Taipei, it-Taiwan) (rappreżentant: P. De Baere, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, assisti minn G. Berrisch, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, sussegwentement H. van Vliet u M. França, aġenti.

Suġġett

L-annulament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007, tat-22 ta' Frar 2007, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu tereftalat tal-polietilen li joriġina fl-Indja, fl-Indoneżja, fil-Malasja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajlandja u fit-Tajwan wara reviżjoni tal-iskadenza u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 352M, p. 972)

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)     Far Eastern New Century Corp. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)     Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 170, 21.7.2007.