Language of document : ECLI:EU:C:2014:2224

Kawża C‑242/13

Commerz Nederland NV

vs

Havenbedrijf Rotterdam NV

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ ‘għajnuna’ — Garanziji mogħtija minn impriża pubblika lil bank sabiex jagħti kreditu lil persuni li qegħdin jissellfu — Garanziji mogħtija deliberatament mid-direttur ta’ din l-impriża pubblika bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-istatut tagħha — Preżunzjoni ta’ oppożizzjoni mill-entità pubblika proprjetarja tal-imsemmija impriża — Imputabbiltà tal-garanziji lill-Istat”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014

1.        Proċedura ġudizzjarja — Talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali — Talba sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet dwar il-punti ta’ liġi mqajma mill-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali — Kundizzjonijiet għall-ftuħ mill-ġdid

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83)

2.        Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Garanziji mogħtija minn impriża pubblika — Imputabbiltà lill-awtorità pubblika li għandha l-kontroll tal-imsemmija impriża — Indizji kollha li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

1.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 26)

2.        L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-garanziji mogħtija minn impriża pubblika humiex jew le imputabbli lill-awtorità pubblika li għandha l-kontroll tagħha, huma rilevanti, flimkien mal-indizji kollha li jirriżultaw miċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali u mill-kuntest li fih seħħew, iċ-ċirkustanzi li, minn naħa, l-amministratur waħdieni tal-imsemmija impriża li ta dawn il-garanziji aġixxa b’mod arbitrarju, deliberatament żamm sigriet l-għoti tagħhom u kiser l-istatuti tal-impriża tiegħu u, min-naħa l-oħra, din l-awtorità pubblika kienet topponi għall-għoti tal-imsemmija garanziji li kieku kienet ġiet informata dwarhom. Dawn iċ-ċirkustanzi ma humiex madankollu, fihom innifishom, ta’ natura li jeskludu tali imputabbiltà.

(ara l-punt 39 u d-dispożittiv)